It-timijiet Maltin, mibgħuta mill-Malta Pool Association fil-kampjonati mondjali tal-Pool f’Agadir il-Marokk, komplew jiksbu aktar riżultati prestiġjużi.
It-tim taż-żgħażagħ ta’ taht it-tlieta u għoxrin sena kiseb erba’ rebħiet konsekutivi kontra l-Irlanda A 5-4, India B 6-3, Belġju 6-3 u Marokk B 5-4 biex issa telgħu fit-tieni post tal-klassifika fil-fażi tal-gruppi.
It-tim tal-Over 50’s kiseb żewġ rebħiet oħra minn daqstant logħob meta għeleb lil Wales 8-7 u lil Belġju 10-5 u tela’ jokkupa t-tieni post tal-klassifika tal-kategorija.
It-tim tal-Irġiel għeleb lil Reunion Islands 12-9 u lill-Indja 14-7 filwaqt li safa’ megħlub mill-Irlanda ta’ Fuq 13-8 u minn Franza 11-10.