It-timijiet Maltin kisbu aktar riżultati pożittivi fil-kampjonati Ewropej li qed isiru l-Irlanda. Wara bidu eċċellenti t-timijiet maltin naqqsu li jimpressjonaw fit-tieni ġurnata ta’ loghob. Madankollu t-tielet ġurnata kienet pożittiva bit-timijiet Maltin kollha jiksbu aktar rebh u jżommu ċ- ċansijiet li jikkwalifikaw għas-semi finali.
It-tim Malti tal-irġiel kiseb rebħa kbira ta’ 12-3 fuq l-Iskozja biex issa kiseb it-tieni rebħa minn ħames logħbiet. It-tim Malti A tal-Over 50’s irreġistra s-sitt rebħa minn 7 logħbiet bl-aħħar waħda tkun kontra Wales bl-iskor konvincenti ta’ 11-4. It-timijiet Maltin fil-kategorija Under 25’s ukoll kisbu aktar rebħiet bit-tim Malta A jegħleb lill-Irlanda B 5-4 u l-iSkozja 6-3 filwaqt li t-tim Malta B kiseb rebħa tajba ta’ 6-3 fuq it-tim tal-Irlanda ta’ Fuq.
Iz-zagħzagħ ta’ taħt l-għoxrin sena kisbu rebħa importanti ta’ 6-3 fuq it-tim B tal-Irlanda ta’ Fuq.