F’Ottubru 2016, dawk reġistrati li qed jaħdmu fuq bażi full time żdiedu b’ħamsa fil-mija meta mqabbla mal-istess xahar ta’ sena qabel.
Għal darb’oħra cifri ppubblikati mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru xejriet pożittivi ferm li qed iżommu lill-Malta fil-quċċata tal-pajjiżi bla qgħad fl-Unjoni Ewropea.
F’Ottubru 2016 meta mqabbla ma sena qabel, dawk jaħdmu full time żdiedu b’8,773 u dawk jirreġsitraw naqsu b’1,750.