Il-forzi tal-ordni għaddejjin ġmielhom bil-ħidma f’Rigal bi Mħabba, jipproteġu l-bosta rigali li komplew jaslu taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
Taħt ix-xita traxxax, il-forzi tal-ordni, li magħhom ingħaqdet ukoll mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela, bdew ipoġġu iżjed rigali li qed jagħtu l-familji.
Din is-sena minħabba t-temp, ir-rigali qed jiġu mgħottija biex ikunu protetti mill-element naturali u b’hekk jibqgħu l-isbaħ rigali għat-tfal kollha dan il-Milied.
Fi Pjazza Kastilja, Lydia Abela rringrazzjat lill-familji li bi ħġarhom qed jiġu u jagħtu sehemhom biex anki t-tfal vulnerabbli jirċievu rigal f’dawn il-festi.
Minn qalbha rringrazzjat ukoll il-forzi tal-ordni li sehemhom hu kruċjali f’din l-inizjattiva.
L-appell jibqa’ wieħed, fadallek sas-7pm biex tagħti rigal bi mħabba, titlifx din l-opportunità.