Il-President tal-Istati Uniti, Joe Biden, ħabbar restrizzjonijiet aktar iebsin fuq l-ivjaġġar kawża tal-Covid-19.
Dan hekk kif l-Istati Uniti kkonfermat numru ta’ każijiet ta’ Covid-19 li jinvolvu l-varjant il-ġdid Omicron.
Fosthom instabu każijiet f’Kalifornja, Colorado, Minnesota, New York u kif ukoll Hawaii fejn l-awtoritajiet qalu li l-persuni involuti ma sifrux barra l-pajjiż riċentament.
Uffiċjali tas-saħħa rrapportaw kif is-sintomi huma ftit fil-każijiet li nstabu.
S’issa l-varjant nstab fi tletin pajjiż.