Il-Weightlifter żagħżugħa Tenishia Thorntom għadha kif ħadet sehem fl-ewwel kwalifikazzjoni għal-logħob olimpiku ta’ Pariġi 2024. Din il-kwalifikazzjoni saret f’Bogota il-Kolombja.
Thornton, li attwalmanet hija ċ-champion renjanti żagħzugħa tal-kategorija 59kg, spiċċat il-prestazzjoni tagħha b’84kg fl-iSnatch u 104kg fil-Clean & Jerk. Dan ir-riżultat mhux biss kien l-aħjar riżultat tagħha fil-karriera, iżda saħansitra kissret erba’ rekords nazzjonali tal-kategoirja 59kg f’age groups differenti.
Hija kissret ukoll ir-rekord tal-Commonwealth li qabel kien f’idejn il-weightlifter mill-Indja Sakuma Adka. Hija kissret dan ir-rekord bi 8kg.
Tenishia Thornton, li għandha 17-il sena, kienet l-iżgħar atleta f’din il-kompetizzjoni. Hija spiċċat fit-33 post overall minn 52 atleta minn madwar id-dinja.
Dan l-avveniment kien l-ewwel wieħed ta’ kwalifikazzjoni u ta’ preparazzjoni għal-logħob olimpiku li jmiss li se jsir f’Pariġi fl-2024.