Fit-28 u d-29 ta’ Novembru, is-sewwieq Malti tal-karting Ayrton Lee Tonna reġa ħareġ rebbieħ fiċ-Circuito Internazionale Triscina fi Sqallija, hekk kif kien jikkompeti fl-ACI Coppa Di Zona Area Sicilia 2024.
Tonna, ikkompeta fil-klassi Mini GR3 – Under -10 u spiċċa fl-ewwel post fil – Kwalifikazzjoni, fil-Pre-Finali, u fil-Finali. Fil-pre-finali u fil-finali kien ukoll l-iktar sewwieq veloċi.
Bil-prestazzjoni notevoli u r-riżultat tiegħu kiseb post bħala finalist fil-kompetizzjoni ACI Coppa Dei Campioni ta’ Novembru f’Circuito Del Sele, qrib Salerno fl-Italja.
