Il-ħidma tad-Dwana qatt ma tieqaf, hekk kif f’dawn il-jiem ġew miżumuma ħamest elef u disa’ mitt sigarett, ħames kili u tliet mitt gramma tabakk, u mitejn u ħames litri inbid, kollha tal-kuntrabandu.
Mill-ħamest elef u disa’ mitt sigarett, elfejn u tmien mija twaqqfu fl-ajruport qabel iddaħħlu Malta, elfejn u sitt mija fil-Freeport kienu qed jinġarru minn membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment li kien qed jipprova joħroġ bihom minn grada tal-Freeport, u ħames mija inġabru minn ħanut f’Ħaż-Żabbar.
Intant, mill-mitejn u ħames litri nbid li ma tħallsitx sisa fuqu, ġew elevati mija u ħames litri minn stabiliment f’Ħal Farruġ fejn kienu esposti għall-bejgħ, disgħin minn maħżen fis-Siġġiewi, u għaxra minn stabbiliment f’Birkirkara.