Ikomplu l-protesti fil-Georgia, wara li l-Gvern issospenda n-negozjati sabiex il-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Fil-fatt, għat-tieni lejl konsekuttiv, eluf ta’ nies ħarġu jipprotestaw, fejn saħansitra ppruvaw ikissru l-gradi tal-metall tal-Parlament lokali.
Min-naħa tagħhom, il-Pulizija kienet kostretta tuża kanuni tal-ilma biex jimbuttaw ‘il barra lid-dimostranti.
Uħud mid-dimostranti użaw bins taż-żibel u bankijiet biex jippruvaw jibnu barrikati kontra l-uffiċjali tal-Pulizija, fejn dawn tal-aħħar anki użaw il-gass tad-dmugħ.