Illum 58 carer f’San Vinċenz De Paule ggradwaw b’ċertifikat ta’ livell 3 mill-Università ta’ Malta.
Dawn huwa t-tieni grupp li qed jiggradwa wara li segwa kors b’taħriġ speċjalizzat fid-dimensja.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li persuni li għandhom id-dimenzja jkollhom bżonn kura u sapport speċjalizzat – kemm fid-djar residenzjali u anke fil-komunità.
B’hekk ma nistgħux noffru servizzi one-size fits all.
F’Malta hawn madwar 7,000 persuna bil-kundizzjoni tad-dimensja u sas-sena 2040 dan in-numru huwa mistenni li jirdoppja.
B’hekk qed tkompli tinħass il-ħtieġa għal aktar taħriġ f’dan il-qasam.
Semma wkoll li l-Gvern flimkien mal-ħaddiema għandna l-opportunità li flimkien nagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies.
Riċentament tnieda l-kors għall-informal carers fil-komunità, taħriġ li ntlaħħaq tajjeb ferm mingħand il-familjari u qraba tal-persuni bid-dimensja.
Intant, dan il-programm ta’ studju huwa ta’ 10 ġimgħat u beda fit-18 ta’ Frar u jista’ jiġi segwit online ukoll.