Ta’ kuljum wara l-bulettin ta’ ONE News, Jurgen Manicolo jingħaqad mas-segwaċi ta’ ONE għal programm MANICOLO&CO.
Matul din il-ġimgħa Jurgen se jlaqqa’ lis-segwaċi tiegħu mal-attriċi Louise Doneo, mal-preżentattriċi Angie Laus, max-xandar Ray Azzopardi, mal-ġurnalista Clara Farrugia u mal-President tal-Partit Laburista Dr Ramona Attard, fejn magħhom, għal ftit minuti jitkellem dwar bosta temi, l-aktar fuq xi sigrieti u kurżitajiet.
Is-segwaċi, għandhom iċ-ċans li jirbħu diversi rigali wkoll, f’bosta kompetizzjonijiet li l-programm joffri.
MANICOLO&CO jixxandar kuljum, mit-Tnejn sal-Ġimgħa għal ħin tat-8:10pm b’repetizzjoni l-għada, wara r-rapport tat-temp tal-11:30am