L-Irlanda, in-Norveġja u Spanja, ħabbru pjani biex mit-28 ta’ Mejju, jibdew jirrikonoxxu lill-Palestina bħala stat.
Spanja qalet li din id-deċiżjoni mhix kontra Iżrael u lanqas favur il-Hamas, iżda favur il-paċi.
Minn tal-inqas 140 membru tal-Ġnus Magħquda diġà jirrikonoxxu l-istat tal-Palestina, iżda oħrajn, fosthom l-Istati Uniti tal-Amerka u r-Renju Unit, ma jirrikonoxxux formalment lill-Palestina bħala stat.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Iżrael wissa li dawn l-iżviluppi se jixprunaw l-instabilità u l-estremiżmu.