Il-Gvern qed ikompli jinvesti f’aktar boroz ta’ studju, sabiex aktar persuni ikomplu jingħataw għajnuna finanzjarja biex jitħarġu f’livell ta’ Masters u Dottorat.
Il-Gvern qed jinvesti aktar minn żewġ miljun u sitt mitt elf ewro parzjalment minn fondi ewropej. L-applikazzjonijiet se jgħalqu fil-tlieta ta’ lulju, fejn sa issa diġa applikaw mat-tliet mitt persuna.