Studenti li se jkunu qed jagħżlu biex ikomplu jistudjaw permezz tal-Kulleġġ tal-MCAST fuq bażi part-time issa se jkollhom aktar għażla vasta hekk kif illum tnedew ‘il fuq minn 300 kors part-time.
Dawn il-korsijiet se jkunu qed ivarjaw minn korsijiet ta’ passatemp u jibqgħu tilgħin għal korisjiet f’livell ta’ baċċellerat kif ukoll Masters u Diploma.
Wara s-suċċess ta’ introduzzjoni f’kors li jwassal għal Masters is-sena li għaddiet, din is-sena tnedew żewġ korsijiet oħra li jwasslu għas-7 livell fl-iskala edukattiva.
Dawn huma mmirati għal nies li x-xogħol preżenti tagħhom jew impenji personali ma jtuhom l-opportunità li jsegwi u japplikaw għal programmi fultajm.
Il-lezzjonijiet għal dawn il-korsijiet se jkunu qed isiru filgħaxijiet kif ukoll is-Sibt filgħodu sabiex jitaqqsu l-problemi ta’ attendenza. Persuni interessati jistgħu japplikaw iridu jkunu għalqu sittax-il sena.
Studenti prospettivi jistgħu japplikaw mil-lum sat-30 ta’ Settembru u jistgħu jinfurmaw ruħhom ukoll permezz tal-paġna tal-Facebook, MCAST Part Time Courses.