Il-Marigold Foundation illum irregalat magna tal-kanċer tas-sider li tieħu l-X-rays ukoll, dan bil-għan li jitnaqqas il-ħin tal-operazzjonijiet marbuta mal-kanċer tas-sider sabiex il-pazjent ma jdumx taħt lopju u eventwalment il-ħin tal-operazzjoni jonqos. Fejn grazzi għal dan se jkunu jistaw isiru iżjed operazzjonijiet.
Apparti minn hekk tnieda wkoll Breast Cancer database fejn se tinżamm informazzjoni marbuta mal-kanċer tas-sider sabiex ikunu ta’ referenza għall-każijiet oħra fil-futur.
Dan sar fil-preżenza taċ-Chairperson ta’ Marigold, Michelle Muscat u l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne. Kemm il-magna u r-reġistru ngħataw mill-fondi miġbura s-sena li għaddiet mill-kampanja Pink October.