Il-konfederazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-nisa hija favur l-Morning After Pill. Dan qaluh fi stqarrija fen qalu li l-Morning After Pill tipprevjeni tqala li l-ommijiet ma jkunux iridu. Wara l-kunsiderazzjoni li hemm numru oħra ta’ kontraċettivi , bħal COIL, l-MCWO qalet li n-nisa għandu jkollhom dritt għal aktar tipi ta’ kontraċezzjoni.
L-istqarrija tgħid li l-Morning After Pill tiswa ferm inqas u hija aktar aċċessibli għan-nisa u din tagħtihom aktar kontroll fuq is-saħħa tagħhom.