Il-gvern reġa wessa treshold sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera. Dan sabiex il-gvern jgħin aktar persuni li jgħixu f’postijiet tal-kiri u jibdew jibbenefikaw huma wkoll mis-sussidju. L-anzjani li għandhom 65 sena jew aktar se jingħataw thresholds speċjali biex jibbenefikaw aktar għal dan is-sussidju. L-Awtorità tal-Housing se tkun qiegħda tippubblika l-kriterji ta’ din il-miżura.
Il-gvern ser iħalli l-iskema ta’ “Nikru biex Nassistu” miftuħa. B’hekk ser iżied l-istokk ta’ binjiet għal skop ta’ housing soċjali . Din l-iskema, tħajjar sidien ta’ proprjetà biex jikru l-proprjetà tagħhom lill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu ta’ għaxar snin .