Il-Minority Leader tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann Trevor Fenech laqa’ b’sodisfazzjoni li aktar vuċijiet qed jitkellmu kontra l-applikazzjoni ta’ bini ta’ skola privata ġdida f’din il-lokalità fuq art ODZ.
F’kitba fuq Facebook, Fenech fakkar li kien minn tal-ewwel li esprima bl-iktar mod ċar l-oppożizzjoni tiegħu għal din l-applikazzjoni.
Intqal li l-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann issa ressaq ukoll oġġezzjoni formali, filwaqt li kunsilli oħrajn u għaqdiet wkoll qed jitkellmu kontra dan l-iżvilupp propost minħabba l-impatt negattiv tiegħu fuq diversi aspetti.