Fl-2018, 1,585 persuna ssopendew lilhon infushom milli jmorru l-casinos u ħwienet tal-logħob f’pajjiżna, żieda ta’ 14% fuq is-sena ta’ qabel.
Nofs dawn il-persuni għamlu din it-talba għal sitt xhur filwaqt li l-kumplament għamlu t-talba għas-sospensjoni għal sena sħiħa. Matul is-sena li għaddiet l-akbar talbiet saru minn persuni tal-età bejn 35 u l-54 sena li jammontaw għal 38%. I
Artiklu li deher fuq il-gazzetta KullĦadd jispjega li r-rapport tal-Awtorità Maltija għal-Logħob, l-MGA, jirreferi għat-talbiet li saru minn lagħba bl-età bejn it-18 u l-24 sena rduppjaw. Dan juri l-effettività ta’ programmi ta’ kuxjenza li qed tagħmel l-MGA ma’ nies iżgħar fl-età. Tlieta oħra għażlu li jissospendu lilhom infushom għal dejjem.
Persuni li jkunu jridu jneħħu s-sospensjoni jkunu jridu jippreżentaw ċertifikat mediku li juri li m’għadhomx maħkuma mill-vizzju tal-logħob.
Is-sena li għaddiet daħlet fis-seħħ direttiva li tipproteġi l-lagħba u li saħħaħ il-protezzjoni tal-konsumaturi li jridu jieħdu passi kontra l-vizzju. 186,849 persuna jiġifieri 52.8% li għandhom aktar minn 18-il sena nefqu xi flus fuq il-logħob matul is-sena l-2017. Iktar minn nofs li jilgħabu ma ħarġux akta minn 2% tad-dħul tagħhom, li huwa stmat nefqa ta’ €11.30 fil-ġimgħa.
Persuni miżżewġa u li għandhom it-tfal l-aktar li jilgħabu logħob bil-flus filwaqt li l-aktar persuni li jilgħabu għandhom livell ta’ edukazzjoni sekondarja. In-nefqa totali fuq il-logħob fl-2017 kienet tammonta għal €128 miljun.