Fit-tieni kwart tal-2016, ir-rata ta’ impjieg f’pajjiżna żdiedet b’3.5% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2015.
Statistika ppublikata mill-NSO turi kif in-numru ta’ persuni impjegati fit-tieni kwart ta’ din is-sena kien ta’ 191,384, li jfisser li aktar minn nofs il-popolazzjoni minn ħmistax-il sena ‘l fuq sabu impjieg.
Dan ifisser li 66 minn kull 100 persuna li għandha bejn 15 u 64 sena ġew impjegati. L-istatistika tgħid li 78.3% ta’ dawn kienu rġiel filwaqt li 52.5% kienu nisa.
Il-maġġoranza ta’ dawn il-ħaddiema għandhom impjieg fuq bażi full-time 162,641 filwaqt li 28,743 għandhom impjieg fuq bażi part-time.