L-Italja ntroduċiet aktar miżuri restrittivi għal nies mhux imlaqqma, fost tħassib dwar il-varjant Omicron u l-potenzjal ta’ żieda fl-infezzjonijiet.
Mil-lum, ħafna mill-attivitajiet tal-massa mhux se jippermettu d-dħul ta’ nies li ma jkollhomx dik li l-Italja qed issejjaħ bħala Covid Super Green Pass.
Din turi prova li dak li jkun ikun ħa ż-żewġ dożi tal-vaċċin jew ikun fieq mill-virus fl-aħħar sitt xhur.
Din se tkun obbligatorja għad-dħul fit-teatri, ċinema, stabbilimenti tal-mużika, attivitajiet tal-isport, ristoranti u bars sa nofs Jannar.