Illum 5,489 tifel u tifla rritornaw lejn l-iskola għal sena akkademika ġdida.
Dan ifisser li iktar minn tliet kwarti tat-tfal fl-iskejjel primarji u sekondarji, attendew l-ewwel ġurnata tal-iskola.
Bħala perċentwal, attendew tmienja u sebgħin fil-mija tal-istudenti eleġibbli tad-disa’ sena, sebgħa u sebgħin fil-mija tal-istudenti eleġibbli tas-sitt sena u sittin fil-mija tal-istudenti eleġibbli tat-tieni sena tal-kindergarten.
Fi żjara li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici flimkien mas-Segretarju Permanenti Frank Fabri fl-Iskola Sekondarja ta’ Pembroke raw b’għajnejhom il-miżuri addottati kontra t-tixrid tal-Coronavirus.