Bejn Lulju u Settembru ta’ din is-sena, kien hemm aktar minn 75,000 żjara fiċ-ċentri ta’ servizz.gov, li hawn madwar Malta u Għawdex.
Madwar 27,000 żjara, li jfissru aktar minn 35% ta’ dawn iż-żjarat kienu dwar assistenza b’rabta maċ-ċertifikat tal-vaċċin.
Servizz.gov għandha 21 ċentru reġjonali u żewġ ċentri tekniċi ta’ servizz.gov madwar pajjiżna.
Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, l-iktar tliet ċentri reġjonali li laqgħu persuni kienu dawk tal-Ħamrun, tal-Qawra u taż-Żejtun.
Bejn Lulju u Settembru li għadda, il-freephone 153 wieġeb ftit inqas minn mija u ħamsa u tmenin elf telefonata, fejn l-aktar numru ta’ mistoqsijiet kienu dwar it-taxxa u Jobsplus.
Fuq is-sit ta’ servizz.gov, f’dawn l-aħħar tliet xhur daħlu aktar minn 310,000 darba.
Fuq l-email servizz@gov.mt, intbagħtu iżjed minn ħdax-il elf u erba’ mitt ittra elettronika.