Sitta minn kull għaxart itfal u adoloxxenti fid-dinja mhux qed jirnexxilhom jaslu sal-livelli bażiċi tal-profiċjenza tat-tagħlim. Dan ħareġ minn rapport li sar min-Nazzjonijiet Magħquda.
L-organizzazzjoni ddeskriviet is-sejbiet bħala xokkanti u li juru kriżi fit-tagħlim.
Filwaqt li ħafna mill-attenzjoni tal-għajnuna internazzjonali kienet fuq in-nuqqas ta’ aċċess lejn skejjel, ir-riċerka tal-Istitut tal-Unesco għall-Istatistiċi twissi fuq in-nuqqas ta’ kwalita fl-iskejjel.
Qalet li iktar minn sitt mitt miljun tfal fl-eta tal-iskola m’għandhomx ħiliet bażiċi fil-matematika u l-qari.
Dawk li jgħixu fin-Nofsinhar tad-deżert Sahara, tmienja u tmenin fil-mija tat-tfal u l-adoloxxenti jsiru adulti mingħajr ħila li jaqraw.
Barra minn hekk, fiċ-ċentru u fin-Nofsinhar tal-Asja, wieħed u tmenin fil-mija mhux qed jilħqu livel adekwat ta’ litteriżmu.