Bejn Marzu u Mejju ta’ din is-sena, minndu bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, ftit aktar minn elf Ukren qed jingħataw refuġju f’Malta.
Dan ħareġ minn ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, fil-Jum Internazzjonali tar-Refugjati.
L-akbar grupp ta’ età huwa dak ta’ bejn il-ħamsa u tletin u erbgħa u sittin sena, b’dawn jammontaw għal 33%.
Dawk taħt it-13-il sena jgħoddu għal 29%, waqt li dawk bejn 18 u 34 sena jgħoddu għal 23%.
F’din l-istatistika ħareġ ukoll kif hemm 4% tal-minuri li mhumiex ikkumpanjati mill-ġenituri tagħhom.