Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-presidenza Maltija u fondi Ewropej Ian Borg ħabbar li sa Novembru ta’ din is-sena kienu allokati aktar minn 93 miljun ewro biex ikunu mqassma fost enititajiet li jieħdu ħsieb is-sigurtà interna tal-pajjiż. Se jkunu mqassma wkoll fost dawk l-entitajiet involuti fil-proċess tal-ażil, l-integrazzjoni, u r-ritorn ta’ immigranti li jkunu qed jgħixu hawn Malta.