Fis-27 ta’ Jannar, il-Bord tal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent, l-ERA, ħareġ sebat elef u mitejn u sebgħin ewro f’multi kkontestati lil seba’ individwi li kisru l-liġijiet marbuta mar-rimi tal-iskart.
Fi stqarrija, l-ERA qalet kif hija tissorvelja b’mod regolari proċessi differenti ta’ ġbir tal-iskart, inklużi il-ġabra ta’ skart goff mid-djar permezz tas-servizzi pprovduti minn kuntratturi tal-Gvern Lokali, biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda abbuż.
Fost il-każijiet li semmiet l-ERA li għalihom inħarġu dawn il-multi kien hemm persuna li ġiet mmultata tmien mija u ħamsin ewro wara li ħaltet flimkien boroż organiċi u suwed fl-istess vettura tal-ġbir tal-iskart
Multa oħra ta’ elf u mitejn ewro ġiet imposta fuq individwu li uża l-vettura tiegħu sabiex jinħaraq skart illegalment. Hawn intqal li nħarġet ukoll twissija li aktar ksur tar-regolamenti tal-ġbir tal-iskart, tista’ twassal għar-revola tal-permezz mill-ERA biex jiġi trasportat l-iskart flimkien ma’ multi aktar ħorox.
Il-Bord ċaħad ukoll il-kontestazzjoni ta’ multa dwar rimi ta’ skart irregolari f’kamra tal-logħob tan-nar.
Rapporti fuq skart mormi b’mod irregolari jistgħu jintbagħtu lill-ERA fuq 2292 3500 jew permezz tal-app tagħhom stess.