Il-komunità tas-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta ħabbret li ġabbret is-somma ta’ €6,190 għall-familja Pace li waqgħet id-dar tagħhom fi 2 ta’ Marzu li għadda u tilfet ħajjitha Miriam Pace.
Inġabru wkoll bosta oġġetti fosthom ħwejjeġ biex jingħataw lill-familja Pace.
Il-Pirjol u l-komunità tal-Karmelitani fil-Belt irringrazzjat lil dawk kollha li taw id-donazzjonijiet tagħhom.