Aktar minn €5.6 miljun inġabru miill-Eco-Tax tat-turiżmu, żvela l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna fil-Parlament.
L-eko tax hija kontribuzzjoni ambjentali ta’ ħamsin ċenteżmu li titħallas kemm mill-barranin kif ukoll mill-Maltin għal kull lejl li jqattgħu fi kwalunkwe tip ta’ akkomodazzjoni.
L-għan ewlieni wara din l-iniżjattiva huwa li filwaqt li ttejjeb il-kwalita’ tat-turiżmu, il-flus kollha ġġenerati jintużaw speċifikament sabiex jagħmlu xogħol ta’ riġenerazzjoni u tisbieħ fl-infrastruttura lokali b’mod partikolari f’żoni turistiċi.