Illum is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana żaret l-iSkills Space f’Tas-Sliema għat-tnedija uffiċjali. Dan iċ-ċentru se jkun qed joffri l-opportunità lil persuni b’diżabilità li jintegraw aktar fis-soċjetà bl-għajnuna ta’ volontiera aktar mħarrġa.
F’dan iċ-ċentru qed isiru numru ta’ attivitajiet fiżiċi u anke jiġu organizzati ħarġiet kulturali. Biex dan iċ-ċentru seta’ jinbidel f’realtà, l-Gvern alloka €750,000 biex b’hekk miżura oħra mħabbra fil-baġit qed tiġi mwettqa. Il-€45 miljun investiti mill-Gvern f’persuni b’diżabilità kienu jinkludu, fost oħrajn, €12 miljun għall-aġenzija sapport.
Aġenzija li qed tiffunzjoni kif suppost permezz tal-għajnuna u attenzjono offruta mill-Gvern. Għalhekk, il-wegħda ta’ dan il-Gvern li pajjiżna se jkollu aktar soċjetà ġusta twettqet.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana spjegat li diġà hemm numru sabiħ ta’ volontiera li qed jgħinu fil-proġett ta’ Sharing Lives service dan filwaqt li qed ikomplu jsiru sforzi biex is-sistema edukattiva f’pajjiżna toffri aktar taħriġ speċjalizzat lill-volontiera.