Fi ftit inqas minn 4 sigħat kien hemm 85 applikazzjoni li offrew ‘il fuq minn €400 miljun.
Dan fisser €100 miljun iktar milli alloka t-teżor għall-istocks tal-Gvern.
Għal dan il-Gvern wera s-sodisfazzjon u laqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet finanzjarji komplew juru l-fiduċja fil-mod ta’ kif il-Gvern qed imexxi l-pajjiż.
Il-valur ta’ din l-aħħar ħarġa tal-istocks tal-Gvern huwa l-akbar ammont qatt maħruġ mill-Gvern f’dawn l-aħħar 7 snin.
Fi stqarrija ntqal li fix-xhur li ġejjin il-Gvern se jkun qed jagħti aktar opportunità sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-publiku ġenerali jkunu jistgħu jipparteċipaw f’iktar ħruġ ta’ dan it-tip, sabiex l-ekonomija Maltija terġa’ għal li kienet qabel faqqgħet il-pandemija.
Il-Gvern saħaq li b’dan il-mod it-tfaddil li għamlu l-familji u n-negozji tagħna fis-snin li għaddew ser iservi biex jitwettaq il-patt soċjali ġdid li l-Gvern irnexxielu jibni ħalli tingħeleb l-isfida tal-Coronavirus.