Aktar minn 9,400 mara daħlu jaħdmu għall-ewwel darba. Dan ġie żvelat minn Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-Parlament. Aktar minn 6,100 mara sabu xogħol full time mentri aktar minn 3,200 sabu xogħol part time bħala impjieg ewlieni tagħhom.
Apparti minn hekk, kien hemm kważi 1,700 mara li reġgħu irritornaw lura fid-dinja tas-xogħol tul l-istess sena. Bejn Jannar u Diċembru tas-sena li għaddiet aktar minn 800 mara reġgħu sabu xogħol fuq bażi full time.
Mentri aktar minn 880 sabu xogħol part time bħala impjieg ewlieni tagħhom.