Bħalissa f’pajjiżna qed jittella’ l-ewwel blockchain summit. Summit li ħabat fl-għeluq fl-10 snin anniversarju mill-ħolqien tal-ewwel bitcoin u f’għeluq l-ewwel ġurnata li daħlu fis-seħħ numru ta’ liġijiet li se jibdew jirregolaw dan is-settur tant promittenti.
Għal dan is-summit ta’ jumejn qed jattendu madwar tmint elef persuna li ġejjin mill-qasam jew għandhom interessi f’dan is-settur li qed dejjem jikber.
Il-Kap Eżekuttiv u l-fundatur tal-Malta Blochchain Summit, Eman Pulis spjega kif dan huwa jum eċċitanti ħafna għal pajjiżna hekk kif daħlu fis-seħħ liġijiet tant mistennija dwar il-blockchain. Huwa fisser kif dan is-settur mistenni jkun pilastru ieħor għall-ekonomija Maltija.
“MINGĦAJR DUBJU DAN IS-SETTUR GĦANDU L-POTENZJAL BIEX IKUN PILASTRU KBIR FL-EKONOMIJA TA’ MALTA. ILLUM IL-ĠURNATA GĦANDNA L-FINANCIAL SERVICES U GĦANDNA L-GAMING ILLI HUWA B’SAĦĦTU ĦAFNA NAĦSEB ILLI L-BLOCKCHAIN TECHNOLOGY GĦAX TAQSAM F’KULL SETTUR SE TKUN ĦAFNA AKBAR MINN HEKK”
Fid-diskors tal-ftuħ, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar kif Malta saret pajjiż li qed timxi b’pass mgħaġġel ħafna meta mqabbel ma pajjiżi oħra.
“SINCE EVEN THE NIMBLEST AND MOST EFFICIENT OF STATES CANNOT KEEP UP WITH REVOLVING TECHNOLOGY AND THE SPEED OF THIS FORTH INDUSTRIAL REVOLUTION THAT IS CHANGING LIFE AS WE KNOW IT WE ARE TRYING TO DO OUR BEST TO BE AT THE FORE FRONT.”
Il-Prim Ministru kompla jgħid li bħalissa hawn baħar ta’ opportunitajiet f’dan is-settur. Qal li l-isfidi kienu kbar sabiex wieħed jifhem fejn tista’ toħodna l-Blockchain madankollu, sa mill-ewwel jum, Malta ħadet dawn id-diskussjonijiet b’serjetà kbira biex setgħet tixpruna l-potenzjal kollu ta’ dan is-settur.
Anthony David Gatt spjega kif il-Malta Enterprise tilqa’ summits bħal dan hekk kif apparti li jgħinu fl-iżvilupp ta’ din l-industrija qed iħeġġu aktar kumpaniji u start ups jiftħu l-bibien tagħhom f’Malta.
“APPOĠJAJNA L-ATTIVITAJIET KBAR LI SARU DWAR IL-BLOCKCHAIN F’PAJJIŻNA GĦAX GĦARAFNA ILLI HIjA OPPORTUNITA SABIEX NATtRATTAW INVESTITURI BARRANIN U STARTUPS LI JIĠU HWN MALTA SABIEX JOĦOLQU IMPIEGI TA’ KWALITA U JGĦINU FL-IŻVILUPP TA DIN L-INDUSTRIJA TAL-BLOCKCHAIN”