In-Nazzjonijiet Magħquda avżat li jridu jgħaddu diversi jiem sakemm ikun stabbilit l-impatt kollu tal-urugan Matthew, hekk kif in-numru ta’ imwiet tela’ għal iktar minn 800.
Din iċ-ċifra rdupjat u jaf tgħola iktar hekk kif gruppi tas-salvataġġ qed jidħlu f’żoni li nqatgħu għalihom minħabba l-maltempata.
Carlos Veloso, mill-World Food Programme, qal li diversi mill-iktar bliet milquta jistgħu jintlaħqu biss bil-baħar jew bl-ajru.
Ħafna mill-imwiet f’Haiti kienu fil-kosta tal-Lbiċ, li sofriet is-saħħa kollha tal-urugan din il-ġimgħa.