F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Kummissarju Ewropew Dimitris Avramolopoulos u l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia fil-Ministeru għall-Intern, il-Kummissarju Ewropew ikkonferma kif 575 mis-687 immigrant li daħlu f’pajjiżna ġew rilokati għall-pajjiżi oħra. Qal kif dawn jinkludu r-rilokazzjonijiet tal-aħħar bastiment li ddaħħal f’pajjiżna, Alan Kurdi.
Dwar dan l-episodju tal-‘Alan Kurdi’, il-Kummissarju Ewropew qal kif hawnhekk Malta kienet imfaħħra kif bħala l-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropeja uriet l-akbar solidarjeta’. Huwa tenna kif Malta qed tiffaċja ħafna sfidi tal-immigrazzjoni, madankollu l-Unjoni Ewropeja se tipprovdi l-għajnuna kemm ta’ informazzjoni u anke finanzjarja għal din il-problema.
Il-MInistru Farrugia, rringrazzja lill-Kummissarju Ewropew għal ħidma tiegħu, u wkoll għal għajnuna li hu ta lil-pajjiżna f’sitwazzjonijiet differenti.
Qal kif l-istess Kummissarju Ewropew flimkien mall-President tal-Kummissjoni Ewropeja Jean Claude Juncker ħadmu id f’id ma’ Malta fosthom anke fir-rilokazzjoni tal-Immigrati. Qal kif fis-sigurta’, l-Gvern Malti ħa l-oppportunita biex jitkellem dwar koperazzjoni bejn l-entitajiet Ewropew, u anke l-qsim tal-informazzjoni flimkien mal-ġlieda kontra l-kriminalita’ organizzata.