Wara nuqqas ta’ sena, l-Għaqda Wirjiet San Ġużepp Ħaddiem ser tkun qed terġa’ torganizza l-Wirja Annwali tal-Presepji, fiċ-Ċentru Parrokkjali San Ġużepp Ħaddiem, triq Bwieraq, Birkirkara.

F’din il-Wirja ser ikun hemm esebiti ‘l fuq minn 80 presepju ta’ kull daqs u għamla, kif ukoll Bambini, dekorazzjonijiet u oġġetti oħra relatati mal-Milied. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, l-oġġetti għall-wiri huma magħmulin bl-idejn mill-esebituri nfushom. Barra minn hekk, ser ikun hemm esebiti wkoll xi presepji, Bambini u kwadri antiki li ser ikunu qed jintwerew fil-pubbliku għall-ewwel darba f’din il-Wirja.
Il-Wirja tkun miftuħa sat-Tlieta 28 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu kuljum mid-9am sa 12pm u mill-4pm sat-8pm. Id-dħul huwa kompletament mingħajr ħlas u ser jitħarsu d-direttivi kollha marbuta mal-COVID-19.
