Aktar minn seba’ mija u ħamsin elf passiġġier għaddew mill-Ajruport matul ix-xahar ta’ Ġunju.
Dan ifisser żieda sostanzjali ta’ erba’ punt ħamsa fil-mija fuq il-moviment tal-passiġġieri rreġistrati fl-istess xahar tal-elfejn u dsatax, li kienet l-aqwa sena għat-turiżmu fl-istorja ta’ pajjiżna.
Dan anke jimmarka t-tielet xahar infila fejn l-Ajruport Malti rreġistra ammont akbar mill-mira ta’ seba’ mitt elf passiġġier.
L-aktar jum impenjattiv għall-MIA fix-xahar li għadda kien proprju dak tad-29 ta’ Ġunju hekk kif aktar minn tletin elf passiġġier ħadu vantaġġ minn tmiem il-ġimgħa twil.
Dawn ir-riżultati miksuba jfissru li fl-ewwel nofs tas-sena għaddew mill-Ajruport kważi tliet miljun u ħames mitt elf passiġġier, żieda ta’ ħames punt sitta fil-mija fuq il-moviment tal-passiġġieri rreġistrati fl-ewwel nofs tal-elfejn u dsatax.