B’referenza għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-kirjiet tan-negozji, is-sussidju se joħroġ kif imwiegħed fi Frar.
Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Enerġija, l-intrapriżi u l-iżvilupp sostenibbli fejn spjega kif il-proċess ta’ sussidju fuq il-kirjiet beda, tant li aktar minn 7,000 negozju applika għal dan is-sussidju. Bħalissa għaddej proċess ta’ verifika fuq din l-assistenza sabiex jinħarġu l-pagamenti.
Spjega kif b’hekk, apparti l-wage supplement kull xahar, li sa issa nħarġu iktar minn €350 miljun, f’Diċembru, Jannar u Frar in-negozji se jkunu rċivew għajnuna fuq il-kontijiet u fuq il-kirjiet kif imwiegħed mill-gvern fil-Budget 2021.
Fil-fatt, f’Diċembru u Jannar il-gvern ħareġ aktar minn €2 miljun f’għajnuna fuq il-kontijiet tad-dawl.
Il-Gvern qak kif qed imexxi b’għaqal l-assistenza lin-negozji fi żmien ta’ pandemija, sabiex din titqassam b’mod li jagħmel sens għan-negozji.