Aktar minn 700 immigrant waslu fil-Gżejjer Kanari fi Spanja bil-baħar fl-ewwel sebat ijiem tas-sena, filwaqt li ħames persuni mietu waqt li kienu qed jagħmlu l-vjaġġ tagħhom lejn il-gżejjer, dan skont is-sit Spanjol Europa Press.
Fl-ewwel jum tal-2021 kienu 99 persuna li waslu fl-arċipelagu filwaqt li 157 oħra waslu fil-jumejn ta’ wara.
Fl-ewwel ta’ Jannar kien hemm żewġ vjaġġi. Kmieni filgħodu, fl-ewwel vjaġġ waslu 59 immigrant f’Tenerife filwaqt li aktar tard wara nofsinhar wasal it-tieni vjaġġ b’40 immigrant abbord dgħajjsa żgħira tal-moqdief. Il-kumplament tal-immigranti waslu fil-jiem ta’ wara f’numru ta’ vjaġġi.