Iktar minn 65% tax-xogħljiet fil-proġett tal-Junction tal-Marsa u 50% tal-proġett tal-mini ta’ Santa Luċija huma lesti.
Dan intqal mill-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg waqt żjara fuq il-lantijiet ta-xogħol. Dawn il-proġetti, b’investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro mistennija jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena.
Dawn il-proġetti se jkunu qegħdin inaqqsu l-konġestjoni tat-traffiku, itejjbu l-kwalità tal-arja aħjar u konnessjonijiet effiċjenti u aktar siguri.
Ix-xogħlijiet li jmiss fil-Marsa jinkludu t-tqegħid tal-asfalt fuq numru ta’ korsiji li jagħmlu parti minn dawn il-proġetti, inkluż l-erba’ strutturi ta’ pontijiet li għadhom ma nfetħux.
Sadanittant qed jinbnew ukoll passaġġi pedonali ġodda, faċilitajiet ta’ park and ride, korsiji għaċ-ċiklisti u aktar faċilitajiet, flimkien ma’ tisbiħ, bħala parti mill-proġett tal-junction tal-Marsa.
Min-naħa l-oħra, il-proġett tal-mini f’Santa Luċija se jara d-disinn mill-ġdid u l-bini ta’ trakka għall-ġiri fil-viċin u faċilitajiet oħrajn pedonali u għaċ-ċiklisti.
Il-Ministru Borga qal: “Bdejna wkoll nagħtu l-wiċċ, l-asfalt il-ġdid fil-mini ta’ Santa Luċija li jgħaqqad sal-Marsa. Naħseb li dawn huma żewġ proġetti ta’ min ifaħħar il-ħidma li qed issir fuqhom. Inħares ‘il quddiem li jitlestu saħansitra qabel il-ħin.”
Il-Ministru Borg qal li l-impenn infrastrutturali tal-Gvern huwa wieħed ħolistiku li jestendi għall-benefiċċju ta’ dawk li jużaw it-toroq kollha, fosthom is-sewwieqa, dawk li jużaw it-trasport pubbliku, iċ-ċiklisti u anki li jterqu fit-toroq.




