Aktar minn 60% tal-popolazzjoni adulta f’Malta u Għawdex huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, permezz ta’ tweet fuq Twitter.
Spjega kif 78% tal-popolazzjoni ħadet l-ewwel doża.
Fearne ħeġġeġ lil min għadu ma rreġistrax biex jieħu l-vaċċin kontra l-Covid-19 biex jirreġistra fuq vaccin.gov.mt.