Minn tal-inqas erbgħa u sittin persuna nqatlu f’attakk mhux mistenni fir-reġjun remot tal-Highlands f’Papua New Guinea.
Il-vittmi nqatlu b’tiri fi sparatura li seħħet waqt tilwima tribali fil-provinċja ta’ Enga.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-vjolenza f’dan ir-reġjun hija pjuttost komuni, iżda dan l-attakk qed ikun meqjus bħala l-agħar wieħed u l-aktar imdemmi fl-aħħar snin.
Iċ-ċiklu ta’ vjolenza żdied minħabba influss ta’ armi tan-nar illegali.