Aktar minn 60 ferħ ta’ qattus bħalissa jinsabu fid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimal f’Għawdex jistennew familja biex tadottahom.
S’issa jidher li ġie adottat wieħed biss, iżda minfloku daħlu sitt frieħ oħra li sfaw abbandunati b’total ta’ 64 ferħ jinżammu fiċ-ċentru b’bosta minnhom lesti għall-adozzjoni.
F’messaġġ fuq Facebook, l-istess dipartiment appella biex kull min għandu qattus isewwieh sabiex jiġi evitat li jiżdiedu fin-numru l-qtates.
Kull min hu interessat li jadotta qattus jista’ jagħmel kuntatt fuq 79691717.