Il-Malta Public Transport ġarr iktar minn 53 miljun passiġġier matul is-sena 2018, rekord ġdid għat-trasport pubbliku f’pajjiżna. Din hija żieda ta’ iktar minn 11% mis-sena 2017 meta t-trasport pubbliku ġarr 48 miljun passiġġier f’sena.
Ir-rotot li l-iktar ġarrew passiġġiera kienu dawk li servew f’ tas-Sliema, San Ġiljan, Buġibba u ċ-Ċirkewwa bir-rotot numru 13 u 13A li ġarrew-il fuq minn 3 miljun passiġġier fis-sena. Dan filwaqt li r-rotot li jgħaddu mill-Università u l-isptar Mater Dei raw żieda ta’ madwar 13%.
It-8 t’Awissu kienet l-iktar ġurnata bieżla għat- trasport pubbliku b’iktar minn 186,000 passiġġier li użaw is-servizz matul din il-ġurnata. Dan huwa rekord minnu nnifsu hekk kif l-iktar ġurnata li rat passiġġiera matul is-sena 2017 rat 164,000 li għamlu użu mis-servizz.
Il-Maniġer Ġenerali tat-trasport Pubbliku, Konrad Pulé saħaq li dawn huma ċifri inkoraġġanti ħafna sabiex tkompli l-ħidma biex ikompli jittejjeb is-servizz pubbliku. Dan filwaqt li rringrazzja lil ħaddiema kollha li għamlu dan ir-riżultat possibli bid-dedikazzjoni tagħhom.