Aktar minn 50,000 mistennija joħonqu il-Fosos tal-Furjana biex isegwu mill-qrib l-aqwa artisti ta’ fama mondjali fl-Isle of MTV. Kunċert li se jkun qed jixxandar live, b’25 miljun persuna jarawh minn madwar id-dinja online biss.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Edward Zammit Lewis spjega kif fl-aħħar snin it-turisti ta’ bejn il-15 u l-24 sena żdiedu b’112%. Turija ċara ta’ kemm dan il-kuncert qed ikun ta’ riklam kbir għal pajjiżna.