Fl-2016, kienu 54 persuna li tressqu l-Qorti fuq reati ta’ tlajjar għall-prostituzzjoni. Dawn kienu ħames irġiel Maltin, 44 mara Maltija u ħames nisa barranin.
Matul l-istess perjodu dawn inħarġulhom 174-il taħrika relatati ma’ dawn ir-reati. Hemm diversi każijiet oħra li għalihom ingħataw sentenzi sospiżi u multi, priġunerija u multi. Minn dawk deċiżi kien hemm każ ta’ liberazzjoni u żewġ każi preskritti.
Dan spjegah il-Ministru Carmelo Abela fi tweġiba parlamentari tad-deputat Anthony Agius Decelis.