Għexieren ta’ pajjiżi li wegħdu spalla għall-Ukrajna, mistennija jiltaqgħu aktar tard illum biex jikkordinaw it-tqassim tal-armi għal Kiev, li reġgħet appellat għal aktar tankijiet.
Il-Ġermanja, li se tospita din il-laqgħa, qed taffaċċja pressjoni kbira biex tesporta t-tankijiet lejn l-Ukrajna.
Dawn id-diskussjonijiet se jsiru l-għada li l-Istati Uniti u numru ta’ nazzjonijiet Ewropej, wegħdu li se jagħtu aktar apparat biex jgħinnu lill-Ukrajna tilqa’ għal aktar attakki mir-Russja.
Ir-Reju Unit ukoll offra erbatax-il tank tal-gwerra, minkejja li Kiev talbet iktar.
Il-laqgħa tal-lum qed tkun deskritta bħala għażla sempliċi għal tankijiet għal-libertà.
Rappreżentanti minn aktar minn ħamsin pajjiż mistennija jiltaqgħu llum.