Edizzjoni oħra ta’ suċċess għall-avveniment AgriFair, hekk kif taħt it-tinda tal-MFCC f’Ta’ Qali fi tmiem din il-ġimgħa attendew aktar minn 50,000 persuna.
AgriFair serviet ta’ vetrina għall-prodott lokali u ċelebrazzjoni ta’ ħidmet il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala.
Il-fiera inkludiet fiha mhux biss dak kollu li għandu x’jaqsam mal-biedja u s-sajd, iżda wkoll iċ-ċans li wieħed iduq u jixtri diversi prodotti tal-ikel, li jara diversi annimali kif ukoll jieħu sehem f’diversi kompetizzjonijiet, fosthom b’rabta mat-tisjir u l-annimali.
AgriFair ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.