Madwar 46 persuna nqatlu f’żewġ splużjonijiet bomba fis-Sirja, filwaqt li madwar 100 persuna sfaw midruba. Il-vittmi ta’ dawn l-isplużjonijiet kienu pellegrini Iraqqini.
L-attakk sar biswit iċ-ċimiterju Bab al-Saghir li fih hemm midfuna reliġjużi Musulmani Xiti, żona li normalment ma tkunx fil-mira tal-militanti.
F’dan is-sit ikun hemm eluf ta’ pellegrini kuljum hekk kif fih hemm diversi oqbra ta’ reliġjużi prominenti fir-reliġjon tax-Xija.