- Aktar minn 3,000 tifel u tifla bbenefikaw mill-iskema tal-Gvern ta’ childcare b’xejn għal ġenituri li jaħdmu
13,306 tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin iddaħlu f’qasam edukattiv li mhux obbligatorju. In-numru ta’ tfal li attendew għal childcare kienu 4,037, filwaqt li kienu 9,269 tifel u tifla li attendew għal pre-primary education waqt l-iskolastika 2016/2017.
Kienu d-distretti fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ Malta li raw l-aktar tfal li attendew għal edukazzjoni mhux obbligatorja, b’32% u 20% rispettivament. It-total ta’ tfal li għażlu li jibagħtu lit-tfal childcare permezz tal-iskema b’xejn għal-ġenituri li jaħdmu li għamel il-Gvern. Dawn kienu jammontaw għal 3,192, dan ifisser li 79%.
Din l-iskema rat żieda ta’ 14% f’persuni li applikaw għaliha, dan meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. L-istatistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistiki wera kif din l-iskema kienet l-aktar popolari, b’78%, ma’ tfal bejn l-etajiet ta’ sena u sentejn.
‘Il fuq minn 63% ta’ dawk li għażlu childcare b’xejn kienu pprovduti li jieħdu lit-tfal f’ċentri li jinsabu fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ Malta. Childcare bi ħlas kien l-aktar iffukat f’ċentri li jinsabu fit-Tramuntana ta’ Malta. Il-ħin l-aktar popolari li jieħdu t-tfal iċ-childcare kien bejn it-8:00 ta’ filgħodu u d-9:00 ta’ filgħodu u l-aktar ħin popolari x’ħin jiġbru lit-tfal bejn is-13:00 u s-14:00 ta’ wara nofsinhar.